#NibdewIllum, Sib Aktar Permezz ta’ Ġesù Kristu

Mill-lum, int mistieden tieqaf u tirrifletti – biex terġa’ tibda, tevalwa mill-ġdid, u terġa’ tikkunsidra x’inhu tassew importanti f’ħajjitna. L-istorja tal-Għid ta’ Ġesù Kristu titkellem dwar il-maħfra, it-tiġdid u l-bidu ġdid li dejjem huma possibbli. Irrispettivament fejn inkunu u jkun xi jkun dak li qed niffaċċjaw, ħajtu u l-eżempju tiegħu joffru tama, fejqan, u triq ’l quddiem – pass pass.

Agħmel l-Għid Tiegħek Aktar Sinifikanti

Sib konnessjoni aktar profonda ma’ Ġesù Kristu f’dan l-Għid b’dawn ir-riżorsi.

Dak li Nemmnu dwar l-Għid

L-Għid huwa ċelebrazzjoni ferrieħa ta’ dak li hu possibbli bis-saħħa ta’ Ġesù Kristu. Bis-saħħa tiegħu, aħna nistgħu jkollna bidu ġdid hekk kif nindmu u niġu maħfura minn dnubietna. Nistgħu ngħixu ma’ Alla u mal-maħbubin tagħna għal dejjem. Nistgħu nħarsu ’l quddiem lejn il-futur bit-tama u b’bidu ġdid.

Eine junge Frau lächelt und genießt den Sonnenschein in einem Wald
Ġesù Kristu Huwa l-Iben ta’ Alla
Aħna nemmnu li Ġesù Kristu huwa l-Iben ta’ Alla litteralment, mibgħut fid-dinja biex jifdina mid-dnub u l-mewt. Huwa minn jeddu ħa r-rwol tas-Salvatur tagħna biex jgħin fit-twettiq tal-pjan ta’ ferħ ta’ Alla għal uliedu.
Hu Jifhmek Perfettament
Ġesù bata għal dnubietna kollha hekk kif talab fil-Ġnien tal-Ġetsemani u ġie mislub fuq is-salib biex imut. Huwa kiseb għarfien perfett u divin ta’ dak kollu li esperjenzajt.
Huwa Miet Għalik fuq is-Salib fil-Kalvarju
Is-sagrifiċċju aħħari tas-Salvatur għalina lkoll, li nsejħulu l-Espjazzjoni, jagħmilha possibbli għalina li nindmu u niġu maħfura minn dnubietna, u jagħmilna denji li ngħixu ma’ Alla mill-ġdid xi darba.
Huwa Rxoxta Sabiex Int Tkun Tista’ Tgħix Mill-Ġdid
Ir-rebħa ta’ Ġesù Kristu fuq il-mewt permezz tal-Qawmien tiegħu mill-Imwiet tagħmilha possibbli għalina lkoll li ngħixu mill-ġdid. Jekk ngħixu l-evanġelju ta’ Kristu, nistgħu nħarsu ’l quddiem biex ngħixu ma’ Alla u l-familji tagħna għall-eternità.
Ġesù Kristu Għadu Jgħix Illum
Ġesù Kristu huwa esseri ħaj u Rxoxtat. Huwa jmexxi u jiggwida lill-profeti u l-appostli tiegħu llum permezz tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien. Aħna nemmnu li Huwa se jerġa’ lura fid-dinja u jsaltan bil-paċi.

Mistoqsijiet Komuni dwar l-Għid

Itlob Żjara

Itlob żjara mill-missjunarji.

Isem
Jekk jogħġbok daħħal valur
Kunjom
Jekk jogħġbok daħħal valur
Imejl
Jekk jogħġbok daħħal valur