It-Tagħlim ta’ Ġesù Kristu

Tul il-ministeru tiegħu fid-dinja, Ġesù Kristu għallem lid-dixxipli tiegħu u lin-nies, u hekk ta skop f’ħajjithom u f’ħajjitna llum.

Ġesù Kristu jgħallem lid-dixxipli tiegħu waqt id-Diskors fuq il-Muntanja

It-tagħlim ta’ Ġesù: pjan divin

Fost it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu aħna nsibu l-pjan għall-ferħ tagħna, għall-fidwa tagħna, u għas-salvazzjoni tagħna–pjan divin li jinkludi fih il-fidi fi Kristu, l-indiema, il-magħmudija, iż-żamma tal-kmandamenti ta’ Alla, l-għotja tal-Ispirtu s-Santu, u r-reżistenza sal-aħħar. Dawn huma l-prinċipji tas-salvazzjoni mgħallmin minn Ġesù Kristu, il-bażi li fuqha mibni l-Evanġelju tiegħu.

Il-Beatitudnijiet

Ftit wara l-magħmudija tiegħu minn Ġwanni l-Battista, Ġesù għallem l-evanġelju tiegħu u, waqt diskors mill-aktar qawwi magħruf bħala d-Diskors fuq il-Muntanja, iddeskriva kif wieħed seta’ jkun dixxiplu tajjeb. F’dan id-diskors mill-aktar qawwi, Hu għallem lill-bnedmin kif għandhom jgħixu bħala dixxipli tiegħu.

Waqt dan id-diskors mill-aktar għażiż, Ġesù introduċa standard ġdid ta’ tjieba li kompla jżid fuq l-Għaxar Kmandamenti. “La toqtolx” ma kienx aktar biżżejjed; Kristu kien jeħtieġ mid-dixxipli tiegħu li huma jwarrbu l-mibegħda, jaħfru lil xulxin, u saħansitra jħobbu lill-għedewwa tagħhom. Hu talab lin-nies biex iwettqu bidla f’qalbhom kif ukoll f’għemilhom.

Fid-Diskors fuq il-Muntanja, Ġesù għallem ukoll tmien tagħlimiet importanti li jissejħu l-Beatitudnijiet. Il-kelma beatitudni tfisser “barka suprema” jew “kuntentizza eżaltata.” Il-Beatitudnijiet jenfasizzaw il-barkiet imwiegħda mill-aktar meraviljużi li niksbu meta niżviluppaw ċerti karatteristiċi divini.

Agħfas qalb summarju ta’ Beatitudnijiet li hawn taħt.

Ġesù Kristu jgħallem il-Beatitudnijiet waqt id-Diskors tal-Muntanja

Il-Beatitudnijiet

Mara għarkupptejha titlob
Henjin il-foqra fl-ispirtu

Ġesù jgħallem li s-saltna tas-smewwiet hi għal dawk li jċekknu lilhom infushom.

Mattew 5:3

Ġesù Kristu jgħallem li henjin ta’ qalbhom ħelwa waqt id-Diskors tal-Muntanja
Henjin ta’ qalbhom ħelwa

Dawk li huma umli, li jissaportu, li jistabru, u oħrajn, huma mwiegħda li “jiksbu d-dinja.”

Mattew 5:5

Ġesù Kristu jfejjaq raġel paralitiku u jqajmu mis-sodda tiegħu waqt li jgħallem dwar il-ħniena
Henjin dawk li jħennu

Ġesù qal, “Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom” (Luqa 6:36), jiġifieri dawk li juru l-ħniena jirċievu wkoll il-ħniena.

Mattew 5:7

Ħamiema ttir minn fuq l-idejn tirrappreżenta l-paċi
Henjin dawk li jġibu l-paċi

Dawk li jagħmlu paċi bejniethom, Ġesù qal, “se jissejħu wlied Alla.”

Mattew 5:9

Nisa bilqiegħda fit-terrazzin jgawdu l-kumpanija ta’ xulxin
Henjin l-imnikkta

Ġesù jwiegħed li l-imnikkta li jduru lejh se jsibu l-faraġ li huma jkunu qed ifittxu

Mattew 5:4

Mara taqra l-iskrittura titgħallem dwar it-tagħlim ta’ Ġesù Kristu
Henjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx għall-ġustizzja

Dawk li jfittxu l-ġustizzja huma mwiegħda li jithennew minħabba x-xewqa ġusta tagħhom.

Mattew 5:6

Ġesù Kristu b’driegħu madwar tfajjel, jgħallem li għandna nkunu ta’ qalb safja.
Henjin dawk li huma safja f’qalbhom

Dawk li jippruvaw iħallu dejjem it-tjubija tgħammar f’qalbhom u f’moħħhom, Ġesù jgħid, “huma jaraw ’l Alla.”

Mattew 5:8

Stiefnu, qed jiġi mħaġġar minħabba t-twemmin tiegħu f’Ġesù Kristu, jgħallem li henjin dawk li huma ppersegwitati
Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa

Meta n-nies jiġu ppersegwitati għax jgħixu ħajja tajba, Ġesù jiddikjara li “tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet.”

Mattew 5:10

Parabboli ta’ Ġesù

Minħabba l-kompassjoni u l-għarfien divin ta’ Kristu, Hu kien unikament kapaċi jifhem lil dawk li Hu għallem u jkellimhom b’daqstant konvinzjoni permezz ta’ kliem sempliċi kif ukoll permezz tal-parabboli. L-użu tal-parabboli kien metodu ta’ tagħlim effettiv li kien jinżel tajjeb mat-tradizzjoni ta’ żmienu, u dawn l-istejjer sempliċi u memorabbli jirrappreżentaw terz tat-tagħlim tiegħu kif jinsab fil-Bibbja.

Il-qawwa unika tal-parabboli hi li fihom insibu bosta tifsiriet differenti u jistgħu jinftiehmu fuq livelli differenti skont it-tħejjija spiritwali u s-sensittività tal-qarrej. Il-parabboli tiegħu jgħallmu lezzjonijiet importanti li għadhom applikabbli sal-lum.

Agħfas qalb summarju ta’ parabboli ta’ Ġesù hawn taħt.

L-Iben il-Ħali qed jikseb il-maħfra ta’ missieru

Il-Parabboli ta’ Ġesù

Ħaddiema jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli
Il-Ħaddiema fl-Għalqa tad-Dwieli

Ġesù għallem li dawk kollha li jagħżlu li jersqu lejh u jingaġġaw irwieħhom fil-ħidma tiegħu jista’ jkollhom l-opportunità li jirċievu barkiet indaqs (ara Mattew 20:1–16).

Ġesù Kristu jgħallem dwar il-maħfra waqt id-Diskors tal-Muntanja
Il-Qaddej li Ma Ħafirx

Ġesù għallimna l-lezzjoni importanti dwar il-maħfra billi staqsa, “Ma kienx imissek int ukoll tħenn għal sieħbek kif ħennejt jien għalik?” (Mattew 18:33)

Is-Samaritan it-Tajjeb iġorr raġel li sab midrub lejn lukanda
Is-Samaritan it-Tajjeb

Ġesù qal li aħna għandna nħobbu lil għajrna, u l-parabbola tas-Samaritan it-tajjeb tgħallimna li kulħadd jista’ jkun għajrna, inkluż il-barrani jew l-avversarji (ara Luqa 10:25–37).

Ġesù Kristu jirgħa n-nagħaġ hekk kif jgħallem li kulħadd għandu jersaq lejh
In-Nagħġa l-Mitlufa

Kristu jilqa’ għandu b’imħabba lil kull persuna li ddur lejh, irrispettivament hija x’għamlet (ara Luqa 15:11-32).

Il-Mirakli ta’ Ġesù

Permezz tal-għemejjel tiegħu, u speċifikament tal-mirakli li wettaq, Ġesù għallem lezzjonijiet importanti dwar il-fidi, it-tjubija, u l-abbiltà ta’ Alla li jagħmel ħwejjeġ kbar mill-offerti l-aktar umli tagħna. Per eżempju, hekk kif miġemgħa ta’ 5,000 raġel u numru mhux speċifikat ta’ nisa u tfal inġabru madwaru ħdejn Betsajda, Ġesù Kristu tamagħhom ilkoll permezz ta’ żewġ ħutiet u ħames ħobżiet.

Hu kellu opportunitajiet simili biex jgħallem—xi kultant permezz tal-mirakli, u xi kultant permezz tal-għemejjel tiegħu—meta ltaqa’ mal-lebbrużi, mal-għonja, mal-mara ħdejn il-bir, u mal-Fariżej. Hu għallem waqt laqgħat reliġjużi u soċjali, Hu għallem fost il-morda waqt li fejjaqhom, Hu għallem fost is-setgħana waqt li ċanfarhom, u Hu għallem fost il-midinbin hekk kif ħafrilhom.

Ġesù jkompli jwettaq il-mirakli anke fi żmienna. Il-mirakli tiegħu jispiraw ċerti rakkonti li jistgħu jgħinuna nersqu aktar viċin tiegħu. U hekk kif insiru nafuh, aħna nistgħu nesperjenzaw l-effetti mirakolużi tat-tagħlim u tal-grazzja tiegħu f’ħajjitna.

Esplora l-mirakli ta’ Ġesù fis-slider li hawn taħt.

Ġesù Kristu jitma’ ’l 5,000 b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet

Il-Mirakli ta’ Ġesù

Raġel jgħannaq lil Ġesù Kristu wara li reġa’ ngħata lura d-dawl
Hu ta d-dawl lill-għomja

“Mbagħad messilhom għajnejhom u qal, Mela ħa jsirilkom skond il-fidi tagħkom. U għajnejhom infetħulhom. Ġesù widdibhom bis-sħiħ u qalilhom, Qisu li ħadd ma jsir jaf b’dan” (Mattew 9:27–31).

Ġesù Kristu jfejjaq lil-lebbrużi barra l-belt
Hu fejjaq lil-lebbrużi

“Għollew leħinhom u qalulu, Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna. Kif rahom, qalilhom, Morru uru rwieħkom lill-qassisin. U ġara li, huma u sejrin, fiequ mill-marda tagħhom” (Luqa 17:12–19).

Ġesù Kristu jinżel għarkubbtejh waqt li jaqbad id ta’ tifel li jinsab bilqiegħda fuq ħoġor ommu
Hu fejjaq lill-morda u lill-magħkusa

“Kif raha Ġesù sejjħilha u qalilha, Mara, inti meħlusa mill-mard tiegħek. U qegħdilha idejh fuqha, u minnufih waqfet dritta u bdiet tfaħħar lil Alla” (Luqa 13:11–17).

Ġesù Kristu qajjem lit-tifla ta’ Ġajru mill-mewt
Huwa qajjem lill-mejtin

“Kienu qegħdin iġorru wieħed mejjet li ommu, mara armla, ma kellhiex ħliefu. … Kif raha l-Mulej tħassarha. Tibkix, qalilha. … U hu qal, Żagħżugħ, qiegħed ngħidlek, Qum. U l-mejjet qam bilqiegħda” (Luqa 7:12-15).

Ġesù Kristu wettaq il-miraklu li bidel l-ilma fi nbid
Huwa biddel l-ilma fl-inbid

“Ġesù qal lill-qaddejja, Imlew il-ġarar bl-ilma. … Mbagħad qalilhom, Issa ħudu minnu u newwluh lil dak li qiegħed jieħu ħsieb il-mejda. U huma marru jagħtuhulu. Hu daq l-ilma mibdul fi nbid; u ma kienx jaf mnejn ġie” (Ġwanni 2:3–11).

Pietru jinħareġ mill-baħar minn Ġesù Kristu li kien miexi fuq l-ilma
Huma mexa fuq l-ilma

“Fir-raba’ sahra tal-lejl mar lejn in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar” (Mattew 14:25).

Il-ftit ħobż u ħutiet li kien hemm fil-qfief joktru b’mod mirakoluż minn Ġesù Kristu
Hu tama’ eluf bi ftit ikel

“Hu ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, rafa’ għajnejh lejn is-sema, bierek, qasam il-ħobżiet, u ta l-kisriet lid-dixxipli tiegħu biex inewwluhom lin-nies quddiemhom, u qasam ukoll iż-żewġ ħutiet bejniethom ilkoll. U kulħadd kiel u xaba’” (Mark 6:41–42).

Ġesù Kristu: għalliem permezz tal-eżempju

It-tagħlim ta’ Kristu ma nsibuhx biss fil-parabboli u fid-diskors tiegħu; insibuh ukoll fl-eżempju personali li Huwa tana tul ħajtu, eżempju ta’ ubbidjenza, umiltà, u mħabba. Il-veritajiet eterni li Hu għallem, kemm bil-fomm kif ukoll bl-għemil, jistgħu jinfluwenzaw ħajjitna llum bl-istess mod kif influwenzaw il-ħajja tal-ewwel nies li Hu għallem tul il-ministeru tiegħu fid-dinja. Nistednuk biex tingħaqad magħna hekk kif nagħmlu li nistgħu biex nitgħallmu t-tagħlim tiegħu u nimxu warajh.

Żewġ missjunarji nisa jgħallmu mara u liċ-ċkejkna bintha fil-kamra tas-salott tagħha
Tgħallem aktar dwar dak li għamel għalik Ġesù Kristu.
Iltaqa’ mal-Missjunarji

Tgħallem aktar dwar Ġesù, dwar it-tagħlim tiegħu, u l-imħabba tiegħu