Iċċelebra t-Twelid ta’ Ġesù Kristu Magħna Dan il-Milied
Fil-Milied niċċelebraw it-twelid ta’ Ġesù Kristu u dak kollu li hu jfisser għalina bħala Salvatur tagħna. Huwa l-għajn tagħna ta’ ferħ veru hawn fuq l-art u l-Feddej li jagħmilha possibbli għalina li ngħixu ma’ Alla u mal-maħbubin tagħna għall-eternità. Ingħaqad magħna fil-ħolqien ta’ staġun tal-Milied li jagħmel aktar sens hekk kif nonoraw it-twelid ta’ Ġesù Kristu billi nimxu fuq l-eżempju tiegħu ta’ mħabba u qalb tajba flimkien.
Ideat Biex Tiċċelebra il-Milied
Xi Jfisser il-Milied Għalina
Aktar minn sempliċi tradizzjoni jew festa, il-Milied huwa mewġa ta’ ferħ li tiġi miċ-ċelebrazzjoni tat-twelid ta’ Ġesù Kristu. Huwa żmien sagru għall-membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien biex jiftakru li Missierna fis-Smewwiet iħobb lil uliedu tant li bagħat lil Ibnu biex jurina t-triq għall-hena dejjiema.