Kif Nista’ Nsir Membru tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien?

In-nies jistgħu jitgħallmu dwar Il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien b’diversi modi. Tista’ tattendi l-laqgħat tal-Knisja, tistaqsi lill-ħbieb li huma membri dwar x’jemmnu, jew tiltaqa’ mal-missjunarji tagħna. Wara li titgħallem dwar il-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien u tkun tixtieq li ssir membru, tista’ tagħżel li titgħammed. Ara l-vidjos li ġejjin biex tisma’ stejjer u esperjenzi ta’ individwi li saru membri!

Ejja sal-knisja—kulħadd mistieden!

Waħda mill-aħjar modi kif titgħallem iżjed dwar il-komunità tagħna u tesperjenzaha ftit huwa li tattendi l-knisja magħna! M’għandekx għalfejn tkun membru biex tattendi servizz ta’ qima. Il-viżitaturi dejjem merħba bihom. Is-servizzi ta’ qima li nagħmlu l-Ħadd jinkludu t-teħid tas-sagrament (jew Komunjoni) u l-parteċipazzjoni fl-Iskola tal-Ħadd u klassijiet oħra tal-knisja.

Mara tieħu b’idejn koppja barra d-dar tal-laqgħat tal-knisja

Merħba! Ikun ta’ Pjaċir Kbir Għalina li Narawk Nhar il-Ħadd.

Sib knisja viċin tiegħek.

Iltaqa’ mal-missjunarji

Il-missjunarji jistgħu jgħinuk titgħallem dwar it-twemmin tagħna billi jaqsmu miegħek messaġġi qsar dwar Ġesù, dwar il-pjan ta’ Alla għalik, u kif tista’ ssaħħaħ il-familja tiegħek. Jistgħu jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek dwar il-Knisja u kif tista’ ssir membru. Jekk trid titkellem dwar suġġetti oħrajn jew għandek mistoqsijiet speċifiċi, kemm tistaqsi! Li tiltaqa’ mal-missjunarji ma jfissirx li int iddeċidejt li tingħaqad mal-Knisja. Huwa biss mod kif int tista’ titgħallem iktar dwarha.

Tgħammed

Kif tkun taf li trid tiġi mgħammed? Tkun taf meta tħoss sentiment ta’ ċertezza u paċi li dak li tgħallimt huwa l-verità. Din insejħulha testimonjanza. Meta tikseb testimonjanza ta’ Ġesù u l-evanġelju tiegħu, inti tista’ timxi wara l-eżempju tiegħu billi titgħammed. Ġesù kien mgħammed b’immersjoni fix-Xmara Ġordan minn Ġwanni l-Battista (ara Mattew 3:13–17). Ġesù għallem: “Tassew tassew ngħidlek, li jekk wieħed ma jitwelidx mill-ilma u l-Ispirtu, ma jistax jidħol fis-saltna ta' Alla” (Ġwanni 3:5). Tista’ tiġi mgħammed jew minn missjunarju jew minn xi ħadd li sirt taf mill-knisja.

Sib il-Qawwa permezz ta’ Ġesù, permezz tat-Tagħlim Tiegħu, u Permezz ta’ Komunità mimlija Mħabba