Tliet Modi Kif Int Tista’ Tibni Relazzjoni ma’ Alla
Alla huwa Missierna li jħobbna, u aħna jista’ jkollna relazzjoni b’saħħitha u sinifikanti miegħu.
Meta nibdew insiru nafu lil Alla, aħna nsibu iktar paċi, kuntentizza, u sinifikat f’ħajjitna, anki f’dinja ta’ kaos. Tista’ tibni u ssaħħaħ ir-relazzjoni tiegħek ma’ Alla billi tiffoka fuq dawn it-tliet affarjiet.
“Din hi l-ħajja ta’ dejjem, li jagħrfu lilek, Alla waħdek veru, u lil Ġesù Kristu, li inti bgħatt”—Ġwanni 17:3
Studja kliem Alla
Ġesù qal, “Tgħallmu minni … u intom issibu l-mistrieħ għal ruħkom” (Mattew 11:29). Alla huwa Missierna li jħobbna, u Hu jrid relazzjoni ma’ wliedu. Nistgħu nitgħallmu dwar Alla billi naqraw dwaru u dwar kif hu għen lil uliedu tul iż-żminijiet. Il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon huma t-tnejn il-kelma ta’ Alla. It-tnejn li huma jwasslulna ġrajjiet ta’ kif Alla għen, bierek, u, xi drabi, umilja lill-poplu tiegħu. Aħseb ftit fuq l-istejjer tat-Testment il-Ġdid dwar il-mirakli u l-maħfra ta’ Ġesù. Aqra l-istorja mill-Ktieb ta’ Mormon ta’ Alma ż-Żgħir u kif Alla wieġeb għat-talba ta’ missieru (ara Mosija 26–28). Il-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon għenu miljuni ta’ nies isibu lil Alla u jħossu l-imħabba tiegħu.
Tkellem ma’ Alla
Alla jħobb lil uliedu, u jrid jisma’ mingħandhom. Bħalma naħdmu biex niżviluppaw relazzjoni ma’ ħbieb ġodda billi nitkellmu magħhom, aħna nistgħu nibnupermezz tat-talb relazzjoni ma’ Alla. Bħala ibnu jew bintu, tista’ tistaqsih għal għajnuna jew gwida inti u titlob. Tista’ tkellmu dwar l-isfidi tiegħek u dwar il-ġranet tajbin u dawk ħżiena. U tista’ titlob bi gratitudni biex tirringrazzjah għal dak kollu li int tieħu gost bih fil-ħajja—kbir jew żgħir.
Int min int, Alla jinsab ħerqan li jbierkek u jgħinek issib il-kuntentizza. Ġesù wiegħed, “U kull ma titolbu taqilgħuh, jekk ikollkom il-fidi” (Mattew 21:22). Għall-ewwel taf tħossok ftit skomdu li titlob, u forsi ma tkunx ċert kif tagħraf it-tweġibiet ta’ Alla. Iżda waqt li int kontinwament tipprattika u tipprova titlob b’fidi, it-talb jista’ jsir mezz sikur ta’ komunikazzjoni ma’ Alla. Dan jeħtieġ sforz, iżda vallapena li tagħmlu.
Imxi wara Ġesù Kristu
Ġesù qal, “Jiena hu t-triq, il-verità u l-ħajja: ħadd ma jmur għand il-missier jekk mhux permezz tiegħi” (Ġwanni 14:6). Li nitgħallmu dwar Ġesù u t-tagħlim tiegħu huwa parti importanti minn kif nibnu relazzjoni ma’ Alla. Ġesù tana l-eżempju perfett biex nimxu warajh. Huwa għallimna kif ngħixu u kif nitrattaw lil oħrajn. Huwa bata u miet minħabba n-nuqqasijiet u t-taħbit tagħna sabiex aħna nistgħu nsibu l-kuntentizza f’din il-ħajja permezz tiegħu. Huwa l-ikbar rigal ta’ Alla għalina. Nistgħu naqraw dwar il-ħajja u t-tagħlim ta’ Ġesù fil-Bibbja u l-Ktieb ta’ Mormon. Meta nippruvaw ngħixu dak li għallimna Ġesù, aħna nuru lil Alla li rridu nkunu iktar qrib tiegħu.