10 Suġġerimenti li Jgħinuk Tistudja l-Ktieb ta’ Mormon

Ipprova s-suġġerimenti li ġejjin biex tiggwadanja dak kollu li tista’ mit-tagħlim li fih il-Ktieb ta’ Mormon.

Mara tistudja l-Ktieb ta’ Mormon mal-mejda tal-kċina tagħha
1

Ibda l-istudju tiegħek b’talba

Int se tiggwadanja l-iktar mill-istudju tiegħek bl-għajnuna ta’ Alla. Ibda t-talba tiegħek billi tindirizza lil Alla. Imbagħad itolbu għall-għerf u l-għarfien int u taqra. Tista’ anki titlob għall-gwida għal xi problema jew deċiżjoni speċifika f’ħajtek. Meta tkun lest, temm it-talba tiegħek bil-kliem, “F’isem Ġesù Kristu, amen.” Meta titlob qabel tistudja tkun qed turi lil Alla li int umli u li tixtieq l-għajnuna u d-direzzjoni tiegħu int u taqra.

2

Agħżel suġġett li jinteressak

Tgħallimt dwar xi suġġett matul lezzjoni tal-Ħadd jew waqt xi laqgħa mal-missjunarji li dwaru tixtieq li tkun taf iżjed? Ibda mir-riżorsi li ssib fl-indiċi fuq wara tal-kopja tiegħek tal-Ktieb ta’ Mormon. Hemmhekk għandek issib lista b’suġġetti komuni uversi mill-iskrittura marbuta magħhom. Jekk kelma fl-indiċi tinkludi kliem ieħor relatat (indikati mill-frażi “ara wkoll”), tista’ tuża dak il-kliem biex tespandi l-istudju tiegħek (jekk qed tuża l-Book of Mormon app, tista’ ssib suġġetti ta’ studju fir-“reference guide” tal-app.)

3

Sib referenzi korrispondenti fil-Bibbja

Il-Ktieb ta’ Mormon u l-Bibbja jwieżnu lil xulxin fit-tagħlim u t-testimonjanzi tagħhom ta’ Ġesù Kristu. Waqt li tistudja l-Ktieb ta’ Mormon, ħares ukoll lejn in-noti tal-qiegħ għal skrittura relatata fil-Bibbja u fittixha.

4

Ara vidjos dwar il-Ktieb ta’ Mormon

Ara kollezzjoni ta’ vidjos dwar il-Ktieb ta’ Mormon li jgħinu biex l-istejjer fl-Iskrittura jieħdu l-ħajja.

5

Aqra jew isma’ l-Ktieb ta’ Mormon onlajn

Il-Ktieb ta’ Mormon jista’ jiġi ddawnlowdjat mill- Book of Mormon app. Tista’ taqra jew tisma’ onlajn u taċċessa ħafna gwidi ta’ studju biex jgħinuk.

Saħħaħ it-Tkabbir Spiritwali Tiegħek

The Become Experience tgħinek biex tikseb iktar spiritwalità permezz ta’ eżerċizzji sempliċi spiritwali. Esplora suġġetti differenti u ibda mil-lum!

6

Ikteb fid-djarju int u għaddej

Qatt tinsa l-affarjiet li titgħallem meta tistudja l-Ktieb ta’ Mormon, jew l-affarjiet li l-Ispirtu s-Santu jgħallmek waqt li tistudja. Uża djarju jew pitazz tan-noti biex tniżżel fih l-ideat li jiġuk int u tistudja. Dan jgħinek sabiex tiftakar l-affarjiet li titgħallem u tkun tista’ tirreferi għalihom iktar tard.

7

Ippersonalizza l-kopja tiegħek

Żomm fuqek xi lapsijiet tal-kulur jew highlighters biex timmarka l-kopja tiegħek tal-Ktieb ta’ Mormon inti u taqra. Toqgħodx lura. Agħżel kuluri differenti għal suġġetti differenti, ikteb noti fil-ġnub, jew pinġi stampi li jgħinuk tifhem dak li tkun qed taqra.

8

Agħżel lil xi ħadd biex tistudjah

Agħżel individwu fil-Ktieb ta’ Mormon biex tistudjah, u aqra l-istorja tiegħu bosta drabi. Staqsi lilek innifsek mistoqsijiet li jgħinuk issir tafu aħjar, bħal ngħidu aħna: X’għandi komuni jien ma’ din il-persuna? X’nista’ nitgħallem mill-istorja tiegħu? X’kont nagħmel jien fis-sitwazzjoni tiegħu? Alla kif influwenzalu ħajtu?

9

Ieqaf u isma’

Bħalma hu importanti li taqra l-kelma ta’ Alla, daqtstant ieħor huwa importanti li ssib ħin biex tieqaf, issikket moħħok, u tirrifletti. Iddedika ħin biex timmedita wara li tistudja l-Ktieb ta’ Mormon u agħti ċans lil Alla ħalli jnebbħek permezz tal-Ispirtu s-Santu.

10

Aqra u aqsam ma’ xi ħaddieħor

Il-membri tal-familja u l-ħbieb jistgħu jwasslulek perspettiva ġdida fl-istudju tiegħek. Meta jkollok ċerti mistoqsijiet, tistgħu tiddiskutu flimkien. Tistgħu taqsmu versi bejnietkom li huma speċjalment sinifikattivi. Jekk qed tfittxu lil xi ħadd biex tistudjaw flmkien, tistgħu dejjem tistudjaw mal-missjunarji.

Tgħallem Iktar dwar il-Ktieb ta’ Mormon u t-Tagħlim Tiegħu