Kif Nista’ Nirċievi l-Maħfra mingħand Alla?

L-indiema ġġib il-maħfra u l-fejqan permezz tal-qawwa ta’ Ġesù Kristu.

Mara bilqiegħda fuq irdum ’il fuq mill-ilma tikkontempla l-maħfra u l-indiema

X’inhi l-indiema?

L-indiema hi ferm aktar minn li nagħrfu li għamilna xi ħaġa ħażina jew li ngħidu li jiddispjaċina. Hi bidla fil-moħħ u fil-qalb li tinkludi li niċħdu d-dnub u nduru lejn Alla għall-għajnuna u l-maħfra. Meta nindmu aħna nesperjenzaw ferħ dejjiem.

L-indiema hija ċ-ċans li nkunu aħjar. Alla jkun paċenzjuż miegħek hekk kif inti taħdem biex tegħleb ċerti drawwiet u vizzji ħżiena, u tagħmel ċertu tibdil veru f’ħajtek. Din il-bidla hi possibbli permezz ta’ Ġesù Kristu u s-sagrifiċċju tiegħu. Irrispettivament kemm tieħu żmien, żgur li vallapena.

Għalfejn għandi bżonn nindem?

Ħafna jemmnu li ma jeżisti l-ebda tajjeb jew ħażin per se. Madankollu, Alla jistenna ċerti affarijiet minna u Hu tana ċerti kmandamenti. Aħna lkoll imperfetti u lkoll neħtieġu li nindmu. “Il-bnedmin kollha dinbu u ċċaħħdu mill-glorja ta’ Alla” (Rumani 3:23). Dnubietna jżommuna milli nkunu nistgħu nerġgħu lura d-dar biex ngħixu ma’ Alla.

Ġesù Kristu pprovdielna mod kif niksbu l-maħfra. Huwa bata għal dnubietna ħalli jekk nindmu, aħna nkunu nistgħu nerġgħu nindafu u nkunu ħielsa mid-dispjaċir.

Imqar jekk dnubietkom ikunu ħomor bħall-iskarlatt, isiru bojod bħas-silġ; mqar jekk ikunu ħomor bħall-kremżi, isiru bojod bħas-suf.” —Isaija 1:18

Ġesù Kristu jaħfer lil mara żienja u jgħidilha biex ma tidnibx aktar
Ġesù Kristu jaħfer lil mara żienja u jgħidilha biex ma tidnibx aktar

Il-maħfra hi għal kulħadd

Barkiet tal-Indiema

Id-dnub huwa toqol kbir li jimliena b’dispjaċir u niket. L-indiema tneħħi dawk is-sentimenti minn ġo fina u tibdilhom f’kuntentizza. Alma, profeta fil-Ktieb ta’ Mormon, iddeskriva l-ferħ tiegħu wara li nidem: “Xejn ma jista’ jkun daqstant skwiżit u ħelu daqs kemm kien il-ferħ tiegħi” (Alma 36:21). Meta nindmu għal kollox, aħna niksbu l-maħfra u l-fejqan. Aħna nħossu fina l-paċi, il-ferħ, il-ħelsien, u l-kunfidenza.

Kif nista’ nindem?

Ġesù Kristu għandu l-qawwa li jaħfirlek dnubietek. Il-proċess tal-indiema mhux wieħed ikkumplikat, iżda xi kultant jaf ikun wieħed diffiċli. Il-Mulej wiegħed, “Dak li nidem minn dnubietu, hu maħfur, u jien, il-Mulej, ma niftakarhomx aktar” (D&C 58:42).

L-indiema hija esperjenza personali ma’ Ġesù. L-indiema għal ċerti dnubiet taf tieħu aktar żmien minn dnubiet oħra. Filwaqt li l-proċess tal-indiema m’għandniex inħarsu lejh bħala xi lista ta’ kontroll, dawn il-prinċipji jistgħu jgħinuk jekk m’intix ċert minn fejn se tibda jew jekk qed issibha diffiċli tara l-progress tiegħek.

Mara tistudja u tikteb fid-djarju tagħha dwar il-qawwa tal-maħfra

Tgħallem il-Prinċipji tal-Indiema

Ġesù Kristu jgħallem dwar l-indiema u l-maħfra
Ara li jkollok il-fidi

Il-fidi f’Ġesù Kristu hi essenzjali fl-indiema. Ara li jkollok il-fidi li Ġesù Kristu jista’ jeħilsek mit-toqol tad-dnub u li inti tista’ terġa tindaf.

Raġel miexi mal-bajja jikkontempla dwar l-indiema u l-maħfra
Agħraf id-dnub

Agħraf li inti dnibt—li b’xi mod tbiegħedt minn Alla. Il-bidla ma tistax isseħħ jekk inti tirrifjuta li tammetti li għamilt xi ħaġa ħażina.

Mara tħoss in-niket hekk kif tikkontempla l-indiema u l-maħfra
Ħoss in-niket

Għandek tħoss rimors veru għall-affarijiet f’ħajtek li huma f’kunflitt mar-rieda ta’ Alla. Ara li jkollok xewqa sinċiera li twettaq it-tibdil. Ladarba dnubietek ikunu maħfura, il-ferħ jieħu post in-niket tiegħek.

Ġesù Kristu joffri idu lil mara akkużata b’adulterju, li lilha huwa jaħfer
Abbanduna d-dnub

In-niket sinċier għandu jwasslek biex tieqaf tagħmel dak li hu ħażin. Ġesù qal lill-mara li nqabdet f’adulterju “Mur, u mil-lum ’il quddiem tidnibx iżjed” (Ġwanni 8:11).

Mara titlob lil Alla li hi tkun kapaċi tindem u tirċievi l-maħfra
Stqarr

Kun sinċier u onest ma’ Alla permezz tat-talb u ammetti li żbaljajt. Ladarba int tkun stqarrejt dnubietek, itlob għall-għajnuna. “B’hekk tkunu tafu jekk bniedem nidimx minn dnubietu—araw, huwa jistqarrhom u jiċħadhom” (D&C 58:43).

Raġel jistudja l-iskrittura quddiem skrivanija u jitgħallem kif għandu jindem u jirċievi l-maħfra
Rodd lura

Jekk ikun possibbli, inti għandek issewwi l-ħsara kawża tal-għemejjel tiegħek. Jekk inti weġġajt lil ħadd ieħor, itlob lil dik il-persuna biex taħfirlek u agħmel li tista’ biex tirranġa s-sitwazzjoni.

Membri ta’ familja mexjin fit-triq igawdu l-kumpanija ta’ xulxin
Imla ħajtek b’dak li hu tajjeb

Imla ħajtek b’attivitajiet edifikanti u li jqawwuk. Dawn jinkludu li tgħaddi ħin ma’ ħbieb tajbin, titlob, taqra l-iskrittura, u tmur il-knisja. Dawn l-attivitajiet iwasslulek il-qawwa spiritwali u qawwa akbar li tegħleb id-dgħjufijiet tiegħek.

Ġesù Kristu jistieden lil kulħadd biex jersaq lejh, jindem, u jirċievi l-maħfra
Kompli ersaq lejn Kristu

Il-President Dallin H. Oaks tal-Ewwel Presidenza indirizza kull wieħed mill-prinċipji tal-indiema u qal, “Dan kollu huwa parti mill-istedina li nsibu ta’ spiss fl-iskrittura biex nersqu lejn Kristu.” (“Imnaddfin permezz tal-Indiema,” Ensign jew Liahona, Mejju 2019, 92). L-istedina kollha mħabba tas-Salvatur biex nindmu hija ħaġa mill-aktar importanti u li teħlisna fi żmienna bħalma kienet minn dejjem.

Tgħid jiena dnibt wisq biex nindem?

Ġesù Kristu ħallas il-prezz għal kull dnub. Jista’ jkun li inti ħassejt li dnubietek huma serji wisq jew li l-istess żball wettaqtu wisq drabi. Iżda irrispettivament minn kemm-il darba dnibna, aħna dejjem nistgħu nindmu u niġu maħfura. Ċerti dnubiet jaf ikun aktar faċli li nikkoreġuhom minn oħrajn, iżda Ġesù Kristu pprovda mod kif nistgħu niksbu maħfra totali minn kull dnub. Huwa jinsab ħerqan biex jaħfer.

Żewġ missjunarji aktar anzjani bilqiegħda ma’ raġel aktar anzjan waqt li qed jiddiskutu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u l-Bibbja
Sib il-paċi fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu
Iltaqa’ mal-missjunarji

Esplora aktar dwar il-maħfra