Kif Nista’ Naħfer lil Ħaddieħor?

Mhux ħaġa faċli, iżda meta naħfru, it-tagħbija tagħna teħfief u nħossu fina paċi akbar.

Żewġ nisa jgħannqu w jaħfru lil xulxin

Ġesù għallimna biex naħfru

Meta Ġesù għallem id-Diskors tal-Muntanja, Hu fakkar lin-nies dwar kif kienu l-affarijiet taħt il-liġi ta’ Mosè: “Għajn b’għajn u sinna b’sinna” (ara Mattew 5:38). Imbagħad Hu għallem il-liġi ogħla tal-maħfra li jdawru wiċċhom in-naħa l-oħra u “jħobbu lill-għedewwa tagħhom” (ara Mattew 5:39–44).

Il-maħfra teħlisna

Li tibqa’ żżomm ġo fik huwa mod kif tibqa’ tiftakar li għandek tħossok irrabjat. Ċerti kunflitti mhux solvuti jokkupaw wisq ħsibijietna. Nispiċċaw ma norqdux minħabba fihom, u jekk ma noqogħdux attenti, nafu nħalluhom jagħmlu ħsara lir-relazzjonijiet l-oħra tagħna.

Li nibqgħu ma naħfrux iwassal biex titteħdilna ċerta enerġija minn ġo fina li nistgħu nużawha aħjar biex inservu lil ħaddieħor u ntejbu ħajjitna. Il-Ktieb ta’ Mormon jgħallem li “il-bniedem maħluq biex ikun jista’ jkun ferħan” (ara 2 Nephi 2:25). Kif jista’ jkollna l-ferħ jekk niffokaw fuq sentimenti ta’ rabja, riżentiment, imrar, u vendetta?

Meta nagħżlu li naħfru, aħna nagħtu ċans li l-Ispirtu s-Santu jidħol f’qalbna. Il-kuntentizza hija għażla. Ma tiddependix fuq l-għemejjel ta’ ħaddieħor jew fuq it-twettiq tal-ġustizzja. Il-maħfra teħlisna.

Faċli li tgħid taħfer lil xi ħadd, speċjalment jekk il-ħsara li jkun għamillek tkun mill-aktar kbira. Xi kultant tħoss li l-maħfra hi ħaġa impossibbli. Iżda jekk nafdaw fis-Salvatur u nitolbu li jkollna l-qawwa li naħfru, Ġesù jgħinna. Il-Presbiteru Kevin R. Duncan, mexxej tal-Knisja, qal, “Avolja stajna konna vittma darba, m’hemmx għalfejn inkunu vittma darbtejn billi nġorru t-tagħbija tal-mibegħda, l-imrar, l-uġigħ, ir-riżentiment” (“L-Ingwent tal-Fejqan tal-Maħfra,” Ensign jew Liahona, Mejju 2016, 33).

Il-maħfra hi differenti mill-fiduċja

Ladarba taħfer lil xi ħadd, taf iddum żmien mhux ħażin biex terġa’ tibda tafdah. Ma jimpurtax. Per eżempju, inti tista’ taħfer lil xi ħadd li seraq xi ħaġa mingħandek, iżda dan ma jfissirx li int ma ssakkarx il-bieb. Bl-istess mod, persuna li kienet f’relazzjoni abbużiva tista’ taħfer lil min abbuża minnha mingħajr ma terġa’ tidħol fl-istess relazzjoni. Aħna għandna naħfru lil kulħadd. Iżda kun għaqli fil-mod kif tiddeċiedi li terġa’ tafda lil dak li jkun.

Ġesù Kristu msallab bejn żewġ ħallelin waqt li ommu Marija u Ġwanni l-maħbub jibkuh ħdejn is-salib

L-akbar eżempju ta’ maħfra

Meta nsibuha diffiċli li naħfru, nistgħu nħarsu lejn l-eżempju ta’ Ġesù Kristu. Anke waqt li kien imdendel mas-salib b’imsiemer f’idejh u riġlejh, Hu għajjat lil Alla “Missier, aħfrilhom, għax ma jafux x'inhuma jagħmlu(Luqa 23:34). Aħna jaf m’għandniex l-abbiltà li naħfru dnubietna, iżda Ġesù bata għall-“uġigħ u t-tbatija” tagħna (ara Alma 7:11) ħalli Hu jkun jaf kif jista’ jgħinna. Permezz tal-grazzja tiegħu, aħna mhux biss nistgħu niġu maħfura, iżda nistgħu wkoll ikollna l-qawwa li naħfru lil ħaddieħor.

Żewġ missjunarji aktar anzjani bilqiegħda ma’ raġel aktar anzjan waqt li qed jiddiskutu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u l-Bibbja
Sib il-paċi fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu
Iltaqa’ mal-missjunarji

Esplora x’inhu possibbli aktar permezz ta’ Ġesù Kristu