Kif Nista’ Naħfer Lili Nnifsi?

Xi kultant, aħna nkomplu nkunu ibsin magħna nfusna ferm wara li Alla jkun ħafrilna.

Raġel b’idejh ġo xulxin għarkupptejh jitlob

Ġesù diġà bata għal dnubietna

Ġesù bata għal dnubietek fil-Ġnien tal-Ġetsemani u fuq is-salib tal-Golgota. Meta nagħmlu xi ħaġa ħażina, aħna nistgħu nindmu u nerġgħu nindafu minħabba s-sagrifiċċju ta’ Ġesù. Li naħfru lilna nfusna huwa att ta’ fidi fih.

Għax araw, jiena, Alla, batejt dan kollu għal kulħadd, ħalli ħadd ma jsofri jekk jindem.” —Doctrine and Covenants 19:16

Dan ma jfissirx li nistgħu nagħmlu li rridu għaliex Ġesù diġà ħa ħsieb ta’ kollox. Iżda dan ifisser li għandu jkollna l-fidi u għandna nibqgħu mexjin b’ħajjitna ladarba nkunu ndimna. M’għandniex nibqgħu ankrati mal-iżbalji tal-passat.

Il-ħtija tista’ ddgħajjef ir-relazzjoni tagħna ma’ Alla

JJJekk aħna nkomplu nħallu l-ħtija teffettwana wara li nkunu ndimna u rċevejna l-maħfra, aħna nistgħu fil-fatt nitbiegħdu minn Alla.

Xi kultant naħsbu li Alla ma jkunx irid ikellimna jew li m’aħniex denji li nitolbu. Dan mhuwiex minnu. Alla jħobb lil uliedu kollha u jinsab perfettament lest li jaħfrilna meta aħna sinċerament nindmu. Meta Alla jaħfrilna, qisu bħallikieku d-dnub qatt ma seħħ.

Iżda kemm-il darba huma nidmu u fittxew li jiksbu l-maħfra, b’intenzjoni ġenwina, huma ġew maħfura.” —Moroni 6:8

Hu importanti nifhmu li x-xitan “jipprova li l-bnedmin kollha jkunu miżerabbli bħalu” (2 Nephi 2:27). Il-miżerja li hi riżultat tal-ħtija tfixkel l-abbiltà tagħna li nħossu l-Ispirtu. Alla jridna nesperjenzaw il-ferħ hekk kif nindmu minn dnubietna u nimxu wara Ġesù Kristu.

Mara qed tiġi mgħallma dwar il-maħfra billi tistudja l-Ktieb ta’ Mormon bl-għajnuna ta’ żewġ missjunarji aktar anzjani
Tgħallem dwar il-maħfra permezz ta’ Ġesù Kristu
Iltaqa’ mal-missjunarji

Tgħallem insa u kompli għaddej b’ħajtek

Profeta mill-Ktieb ta’ Mormon jismu Enos kiteb dwar l-esperjenza tiegħu meta talab lil Alla għall-maħfra. Hu għadda lejl u nhar jitlob, u sema’ leħen jgħidlu, “Enos, dnubietek maħfura, u inti se tkun imbierek” (ara Enos 1:5). Is-sabiħ ta’ din l-istorja hu l-mod kif irreaġixxa Enos. Huwa kiteb, “U jiena, Enos, kont naf li Alla ma jigdibx; għalhekk, ġejt meħlus minn ħtijieti” (ara Enos 1:6).

Enos ma kompliex jaħseb aktar dwar l-iżbalji tiegħu. Minflok, hu b’mod immedjat beda jitlob għall-ġid tal-oħrajn. Hu waqaf jaħseb dwaru nnifsu u beda jaħseb f’ħaddieħor. Ħu l-eżempju ta’ Enos bis-serjetà u tgħallem itfa’ in-nuqqasijiet tiegħek wara dahrek wara li tkun indimt minnhom.

Li taħfer lilek innifsek hu tajjeb għal saħħtek

Li taħfer lilek innifsek huwa kunċett li għandu l-appoġġ tal-professjonisti mediċi u dawk tas-saħħa mentali. Minkejja li n-nies ta’ spiss iħarsu lejha bħala xi duttrina reliġjuża, ir-riċerka xjentifika taqbel mal-benefiċċji li wieħed jikseb meta jaħfer lilu nnifsu.

Andrea Brandt, Ph.D. M.F.T., qal, “Agħraf li mhux kulħadd hu konxju ta’ dak li jagħmel jew empatiku biżżejjed biex jammetti li għamel xi ħaġa ħażina. Apprezza li inti t-tip ta’ persuna li tista’ tagħraf id-difetti u l-iżbalji tiegħek u li tgħid, ‘Jien għamilt dan; jien responsabbli.’ Int verament għamilt xi ħaġa ħażina, iżda fin-natura tiegħek, inti persuna tajba” (“When Forgiving Yourself Is the Hardest Kind of Forgiveness,” Psychology Today, 2 ta’ Ott., 2017, psychologytoday.com).

Essenzjalment, hi qed tgħid illi li wieħed jiddispjaċih huwa sinjal tajjeb tal-karattru tiegħu. Madankollu, hi malajr tindika li “ma joħroġ xejn ta’ benefiċċju jew ta’ ġid jekk wieħed jibqa’ ankrat f’proċess kontinwu mill-aktar distruttiv li jibqa’ jikkastiga lilu nnifsu. Li tikkastiga lilek innifsek mhu ta’ benefiċċju għal ħadd. Biex isservi lil ħaddieħor u ttejjeb ħajtek, jeħtieġ li taħfer lilek innifsek.”

Jekk trid titgħallem aktar dwar il-maħfra u l-irwol ta’ Ġesù Kristu, nistednuk biex tiltaqa’ ma’ rappreżentanti tal-Knisja.

Żewġ missjunarji aktar anzjani bilqiegħda ma’ raġel aktar anzjan waqt li qed jiddiskutu l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu u l-Bibbja
Sib il-paċi fl-evanġelju ta’ Ġesù Kristu
Iltaqa’ mal-missjunarji

Tgħallem aktar dwar il-maħfra u l-imħabba ta’ Alla għalik