Gratitudni

Meta kont għadek żgħir, probabbilment li waħda mill-ewwel kelmiet li għallmuk il-ġenituri tiegħek kienet “grazzi.” Dan għaliex fil-gratitudni teżisti l-qawwa—qawwa li ssebbaħ il-jiem u tibdel il-ħajjiet.

Raġel jispjega kif il-gratitudni berkitlu u bidlitlu ħajtu
Raġel jispjega kif il-gratitudni berkitlu u bidlitlu ħajtu

Prinċipji tal-Paċi: Il-Gratitudni

X’inhi l-gratitudni?

Il-gratitudni hi ħaġa sempliċi: li inti tagħraf il-ħwejjeġ tajbin li ngħatajt u ta’ dan trodd ir-ringrazzjament tiegħek. Tista’ tidher f’diversi forom. Xi kultant hi ħaġa sempliċi bħal meta fis-skiet inti tagħraf kemm int iffortunat. Xi kultant hi sempliċiment kelma ħanina, xi kartolina ta’ ringrazzjament, jew talba lil Alla.

Hallelujah. Roddu ħajr lill-Mulej, għax hu tajjeb, għax għal dejjem it-tjieba tiegħu.” —Salm 106:1

Għalfejn għandi nkun grat?

Xi ngħidu jekk ma tħossx li għandek wisq għal xiex tkun grat? Irrispettivament min int, li tesprimi l-gratitudni verament jgħinek tħares lejn il-ħajja minn ċerta perspettiva. Iddedika ħin illum biex issemmi l-barkiet kollha f’ħajtek. Xi possibiltajiet jinkludu s-saħħa, relazzjonijiet ta’ mħabba, jew l-għarfien ta’ Alla. Huma x’inhuma ċ-ċirkustanzi tiegħek, li tiffoka fuq dak li hu tajjeb fil-ħajja jista’ jgħinek issir persuna aktar ferħana. Mhux biss, iżda li turi l-gratitudni jista’ jgħinek ukoll tiżviluppa relazzjoni ma’ Alla meta int tirrealizza kemm tak affarijiet f’ħajtek.

“Dawk li jwarrbu l-flixkun morr tal-ħall u jagħżlu li jimtlew bil-gratitudni jistgħu jsibu minfloku x-xarba purifikanti tal-fejqan, tal-paċi, u tal-għarfien.”

—Il-Presbiteru Dieter F. Uchtdorf tal-Kworum tat-Tnax-il Appostlu, “Grateful in Any Circumstances,” Ensign jew Liahona, Mejju 2014, 70.

Dwar xiex għandi nkun grat?

Aħna għandna nkunu grati għall-ġenituri, għall-familja, għall-ħbieb, għall-għalliema, u għal kull min għenna b’xi mod. Aħseb dwar kull mod ċkejken kif ħaddieħor ikkontribwixxa għall-benesseri tiegħek: forsi xi ħadd għenek meta kont tinsab f’sitwazzjoni diffiċli, jew forsi meta xi ħadd lissen xi kelma ta’ mħabba meta l-aktar kellek bżonnha.

Fuq kollox, għandna nkunu grati għal Alla. Hu ħalaqna u jagħtina n-nifs kuljum. Hu offra lil Ibnu ħalli nkunu nistgħu niġu maħfura mill-iżbalji tagħna u nitnaddfu. Aħna nistgħu nuru l-gratitudni tagħna billi nippruvaw inkunu l-aħjar li nistgħu. Jista’ jkun li xorta waħda ma naslux għal kollox, iżda hu sewwasew hawn fejn jidħol is-sagrifiċċju ta’ Ġesù—aħna dejjem nistgħu nerġgħu nippruvaw. Mhijiex din xi ħaġa li għandna nkunu grati għaliha?

Żewġ missjunarji nisa jgħallmu mara u liċ-ċkejken binha dwar l-evanġelju ta’ Ġesù Kristu
Tgħallem aktar dwar dak li għamel għalik Ġesù Kristu.
Iltaqa’ mal-Missjunarji

Tgħallem aktar dwar Alla u kif tista’ tersaq aktar viċin tiegħu