Merħba fil-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien
Hi x’inhi l-istorja tiegħek, aħna nistednuk biex tingħaqad magħna hekk kif ilkoll nippruvaw inkunu ftit aħjar, ftit aktar ħanina, ftit aktar ta’ għajnuna—għax dak hu li għallem Ġesù.
Żball: Il-formola ma setgħetx tiġi sottomessa f’dan il-ħin. Jekk jogħġbok erġa’ pprova jew aġġorna l-paġna biex terġa’ tibda.
Kif it-twemmin jibdel il-ħajjiet
Natalie
“Aħna issa ilna sena membri tal-Knisja ta’ Ġesù Kristu tal-Qaddisin tal-Aħħar Żmien, u bl-onesta’ kollha nista’ ngħid li kienet is-sena favorita ta’ ħajti kollha.”
Shaquille
“Jien trabbejt ġo familja temmen f’Alla, iżda ma kontx ċert jekk jiena stess kontx nemmen f’Alla. Jien bdejt inħoss fija xewqa kbira li nitlob u nirċievi tweġiba li Alla kien reali u li kien jimpurtah minni.”
Elaine
“Insib li nħossni ferm aħjar u ferm aktar kuntent bija nnifsi meta nimxi wara t-tagħlim ta’ Ġesù Kristu milli qatt kont inħossni meta ma kienx jimpurtani x’kien it-tagħlim tiegħu.”
Will
“Il-Mulej uriena x’inhu l-istandard, Hu tana l-kmandamenti, u naf li meta nkun qed inħares dawk il-kmandamenti, jien nista’ nistenna lil Alla jmexxini Hu.”
Amelia
“Meta jkolli xi mistoqsija jew meta nkun għaddej minn żmien diffiċli fil-ħajja, dejjem ikun hemm xi ħaġa li naqra fil-Ktieb ta’ Mormon li tgħinni nħossni aħjar.”
Tony
“F’mument partikolari f’ħajti jien kont għaddej verament minn żmien ħażin. Ħaġa li bil-kemm titwemmen, iżda kien eżattament f’dak iż-żmien meta l-missjunarji ġew iħabbtu l-bieb tagħna. Dan poġġieni fit-triq li kelli bżonn inkun fiha.”
Lizzy
“Jiena dlonk ħassejtni aċċettat, mogħti l-attenzjoni, u maħbub [meta ġejt il-knisja]. Kulħadd beda jintroduċi lilu nnifsu u jgħinni biex inħossni daqstant milqugħ. Ħassejtni bħallikieku kont dieħel ġo dar tal-familja.”
Heidi
“Li tara dawn l-għemejjel ta’ tjubija minn daqstant nies, għalija dik hi knisja. Hekk ifisser li temmen fi Kristu u taqdi lil ħaddieħor.”